EcoMedIslands
Il-gżejjer fil-Mediterran jiffaċċjaw sfidi persistenti fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart minħabba l-iżolament ġeografiku tagħhom, l-infrastruttura limitata u l-varjazzjonijiet staġjonali kbar fil-popolazzjoni, b’mod partikolari dawk marbuta mat-turiżmu. Dawn il-fatturi jwasslu għal żieda fil-volum tal-iskart u joħolqu pressjoni akbar fuq is-sistemi lokali. Għaldaqstant, is-soluzzjonijiet ibbażati fuq l-ekonomija ċirkolari huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul.
EcoMedIslands jindirizza din ir-realtà permezz ta’ mudell t’ekonomija ċirkulari li jgħaqqad il-prevenzjoni tal-iskart, it-titjib fil-prattiċi tal-immaniġġjar, u t-trasferiment ta’ soluzzjonijiet effettivi lil hinn miż-żoni involuti direttament fil-programm. Il-proġett jiffoka fuq it-tnaqqis tal-iskart, il-promozzjoni tal-kunċett tar-reuse, is-separazzjoni tal-iskart u t-titjib tar-riċiklaġġ. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet komuni u biex tiġi assigurata koerenza, l-azzjonijiet neċessarji għal-prevenzjoni u mmaniġjar tal-iskart ser jiġu implimentati b’mod ikkordinat.


