Fit-30 ta’ Ġunju 2026, il-proġett ReMED tħabbar bħala wieħed mid-19-il proġett magħżula biex jgħaddu mill-Fażi ta’ Ttestjar (Test Phase) għall-Fażi ta’ Trasferiment (Transfer Phase) taħt il-proċedura Fast Lane tal-Programm Interreg Euro-MED.
Dan is-suċċess jirrifletti r-riżultati miksuba mill-proġett matul l-aħħar tliet snin u jirrikonoxxi l-potenzjal għat-trasferiment tar-ReMED Tool, il-Pjattaforma ReMED (ReMED Platform), u l-metodoloġiji żviluppati mill-konsorzju tal-proġett sabiex jappoġġjaw ir-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp urban sostenibbli fil-bliet tal-Mediterran.
L-għażla għall-Fażi ta’ Trasferiment kienet tikkonsisti f’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, il-proġetti kellhom jilħqu numru ta’ tragwardi sabiex ikunu eliġibbli għat-tieni fażi tas-selezzjoni. Sussegwentement, il-proġetti ġew evalwati fuq il-kwalità tar-riżultati miksuba matul il-Fażi ta’ Ttestjar, u l-potenzjal li dawn ir-riżultati jiġu trasferiti għal territorji oħra fil-Mediterran.
Il-Fażi ta’ Trasferiment, li bdiet uffiċjalment fl-1 ta’ Lulju 2026, ser iddum 18-il xahar. Matul dan il-perjodu, l-imsieħba tal-proġett eżistenti kif ukoll dawk ġodda ser jaħdmu flimkien biex jittrasferixxu u jirreplikaw ir-riżultati tal-proġett f’aktar territorji madwar ir-reġjun tal-Mediterran.
Ara r-riżultati f’din il-ħolqa: Fast lane ‘Test to Transfer’: Results Are Out! – Programme Interreg Euro-MED







